Attivitajiet tal-Aħħar

Dan l-aħħar kellna diversi ċelebrazzjonijiet u attivitajiet fil-Parroċċa tagħna. Bdejna l-katekiżmu tat-tfal fit-23 ta’ Settembru. Din is-sena ġew irreġistrati 130 tifel u tifla li qegħdin imqassmin f’sitt klassijiet, mill-ewwel sena tal-Preċett sas-sitt sena tal-Griżma.  Wara li kulħadd kien f’postu fil-grupp tiegħu saret iċ-ċelebrazzjoni tal-ftuħ uffiċċjali fl-10 ta’ Ottubru. Fit-13 ta’ Ottubru ċċelebrajna l-Aħħar Dehra tal-Madonna ta’Continue reading “Attivitajiet tal-Aħħar”

Griżma tal-Isqof

Wara sitt snin ta’ katekiżmu, nhar il-Ħadd, 27 ta’ Ottubru, 2019, tmintax-il adolexxent irċevew is-sagrament tal-Griżma tal-Isqof minn idejn l-Isqof Mons Joseph Galea Curmi fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa. Nitolbu għal dawn l-adolexxenti biex issa mimlijin bl-Ispirtu s-Santu jgħixu l-wegħdiet ta’ dan is-sagrament billi ikunu xhieda ta’ ħajja nisranija fis-soċjeta u jaqdu l-missjoni tagħhom bħalaContinue reading “Griżma tal-Isqof”

Il-Ġimgħa Mqaddsa

VIA SAGRA TAT-TFAL Fil-05 ta’ April, it-tfal tal-katekizmu mgħejjunin mill-katekisti tagħhom għenuna nirriflettu fuq il-passjoni w il-mewt ta’ Ġesu permezz ta’ Via Sagra sempliċi li għamlu fil-Parroċċa.  Għal din iċ-ċelebrazzjoni ħadu sehem grupp ta’ tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom. WIRJA “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi”: Nhar il-Ħamis, 11 ta’ April, ġiet inawgurata wirja fuq stil barokk ta’Continue reading “Il-Ġimgħa Mqaddsa”

Randan 2019

Fil-messaġġ tiegħu għar-Randan, il-Papa Franġisku qalilna li r-Randan huwa bidu ġdid fil-ħajja nisranija tagħna.  Hu qalilna: “li  r-Randan huwa mogħdija li twassalna għall-Għid: ir-rebħa ta’ Kristu fuq il-mewt.”  Nafu li t-tlett ijiem tal-Għid (Ħamis ix-Xirka, il-Ġimgħa l-Kbira u Sibt il-Għid) huma ċelebrazzjonijiet ċentrali fil-ħajja nisranija tagħna għax fihom mhux biss niftakru u nġeddu t-tifkira tal-ħajja,Continue reading “Randan 2019”

50 Sena ta’ Ħajja Reliġjuża

Ta’ 17-il sena, Patri Vince Micallef, illum kappillan tal-Parroċċa tagħna, ħalla d-dar tiegħu u l-familja, biex jingħaqad mal-Ordni Dumnikan.  Huwa rċeva l-libsa bajda u sewda fis-17 ta’ Settembru 1967 u beda n-novizzjat fil-kunvent ta’ din l-istess Parroċċa.  Wara sena ta’ prova fin-novizzjat, huwa għamel il-profissjoni tiegħu fit-22 ta’ Settembru 1968, eżatt 50 sena ilu. Il-profissjoniContinue reading “50 Sena ta’ Ħajja Reliġjuża”

Pellegrinaġġ tal-Aħħar Dehra tal-Madonna ta’ Fatima

Biex niċċelebraw l-aħħar Dehra tal-Madonna ta’ Fatima, ġiet organiżżata velja fit-12 ta’ Ottubru 2018, li fiha ġie reċitat rużarju meditat, sar talb speċjali għall-familji permezz tal-konsagrazzjoni lill-Madonna u mbagħad barka sagramentali.  Kien mument b’devozzjoni u qima lejn il-Madonna, omm il-familji. L-għada, 13 ta’ Ottubru, ġiet iċċelebrata l-Aħħar Dehra tal-Madonna ta’ Fatima.  Għalkemm għaddejna n-nofs ta’Continue reading “Pellegrinaġġ tal-Aħħar Dehra tal-Madonna ta’ Fatima”

44 sena ta’ Ħajja Saċerdotali

Kienu 50 djaknu reliġjużi u djoċesani li ġew ordnati saċerdoti mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi fil-Kon-Katedral ta’ San Ġwann, nhar l-20 ta’ Lulju 1974.  Kienet ukoll okkażjoni speċjali għall-Arċisqof li kien qed jiċċelebra 50 sena bħala isqof. Ta’ kull sena dan il-grupp, jien wieħed minnhom, niċċelebraw l-anniversarju saċerdotali tagħna f’xi knisja parrokkjali.  Din is-sena,Continue reading “44 sena ta’ Ħajja Saċerdotali”