Il-Ħidma Pastorali Tkompli

Wara ħafna qtigħ il-qalb, irnexxilna nibdlu d-dati u niċċelebraw l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof fl-istess ġurnata.  Nhar il-Ħadd, 23 ta’ Awwissu, ilqajna fostna lil Mons Joseph Galea Curmi biex jiċċelebra l-Griżma tal-Isqof ta’ 24 adolexxent fil-quddiesa tad-9.30am.  Kien mument sabih b’ċelebrazzjoni sempliċi, għalkemm b’ħafna regoli skond l-Awtoritajiet tas-Saħħa u tal-Kurja Djoċesana.  Filgħaxija, imbagħad, iċċelebrajna l-Ewwel Tqarbina ta’ 17-il tifel u tifla.  Kienet ukoll ċelebrazzjoni sempliċi u sabiħa.  B’hekk għallinqas kemm il-Kummissjoni Katekeżi kif ukoll il-ġenituri ħarġu sodisfatti li din is-sena, minkejja l-COVID-19, dawn iż-żewġ sagramenti ingħataw bħas-snin l-imgħoddija. Il-tfal tal-Preċett kif ukoll l-adolexxenti tal-Griżma tal-Isqof jinsabu wkoll kuntenti li rċevew dawn is-sagramenti. Nittamaw li s-sena d-dieħla, mingħajr dubju b’regoli ġodda addattati għal ċirkustanzi differenti, inkunu nistgħu nkomplu bil-ħidma tagħna pastorali fost it-tfal u niċċelebraw dawn is-sagramenti tal-bidu fil-ħajja nisranija.

Lura lejn Quddies fil-Parroċċa

Wara tlett xhur sħaħ, fuq orjentazzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-saħħa, l-isqfijiet tagħna waslu għall-konklużjoni prudenti li billi l-imxija qed tiġi kkontrollata b’diversi regoli dixxiplinarji, jistgħu bil-mod il-mod jerġgħu jinfetħu l-knejjes. Dan kien il-pjan kollettiv bejn l-awtoritajiet tal-Knisja u l-awtoritajiet tas-saħħa. U hekk ġara fit-13 u l-14 ta’ Ġunju, festa għażiża tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu (Corpus Christi). Kumbinazzjoni din il-ġurnata! Jew dan kien il-pjan ta’ Alla, li proprju f’din il-festa kbira ta’ qima lejn l-Ewkaristija, Alla jgħajjat lid-dixxipli ta’ Kristu biex, wara din is-sawma ta’ tlett xhur, jerġgħu jduru mal-mejda biex Kristu nnifsu jaqsam magħhom l-istess ġisem tiegħu. Dan kien il-pjan ta’ Alla – Alla li huwa mħabba. Kemm għandna x’nirringrazzjawh talli reġa għajtilna biex isaħħaħ il-fidi u t-tama tagħna fl-imħabba tiegħu. Ejjew nibqgħu nosservaw id-direttivi li qed tagħtina l-Knisja flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa biex issa li qed naqsmu l-Ewkaristija, naslu biex naqsmu wkoll il-ħajja tagħna flimkien bħala vera aħwa w ulied l-istess Missier.

Covid-19 u l-Parroċċa

Waqt li l-knisja kienet magħluqa u l-laqgħat tal-katekiżmu waqfu minħabba l-Covid-19, Steve Marshall f’isem is-Sezzjoni Briju tal-Kummissjoni Festa nċentiva lit-tfal biex jpinġu posters fejn juru x-xewqa tal-għaqda fost il-bnedmin kontra l-imxija li ħakmet lid-dinja. It-tema kienet qawsalla ta’ tama. Ħafna tfal ħadu sehem u l-posters tagħhom tpoġġew ħdejn l-istatwa tal-Madonna li hemm fuq iz-zuntier kif jidhru fir-ritratti. Tpoġġiet ukoll talba taħt l-istatwa tal-Madonna – talba biex il-Madonna tipproteġina minn din l-imxija. Proset tal-inizjattiva

L-Ewwel Dehra tal-Madonna ta’ Fatima

Fit-12 ta’ Mejju għalaqna xharejn minmindu kellna nagħlqu l-bibieb tal-knisja parrokkjali u noqgħodu fil-kunvent.  Madanakollu, fit-13 ta’ Mejju ma stajniex ma nagħmlu xejn biex infakkru l-Ewwel Dehra tal-Madonna.  Tlett snin ilu ċċelebrajna din il-ġurnata bil-kbir għaliex fakkarna l-mitt sena mill-Ewwel Dehra (1917-2017).  Iżda din is-sena tħassar kollox.  Il-pellegrinaġġ ma sarx u dan għal żewġ raġunijiet.  L-ewwelnett minħabba l-corona-virus, u t-tieni għaliex ix-xogħlijiet ta’ Triq Santa Monika li bdew fi Frar għadhom mhumiex lesti.  Jiġifieri anki kieku ma hawnx il-problema tal-COVID-19, xorta ma konniex inkunu nistgħu noħorġu fit-triq.  Imma minkejja dan kollu l-parruċċani ma baqgħux b’xejn.  Filgħodu, fil-11.00, ġiet mxandra quddiesa permess tal-facebook tal-Grupp Kristu Rebbieħ li Vince Marshall imexxi.  Qaddes il-kappillan u kkonċelebraw miegħu P. Ivan Attard u P. Danjel Bonello.  Mexxa l-kant Fra Ryan

This image has an empty alt attribute; its file name is 2020-06-03-at-21.01.05.jpeg

u daqq l-orgni Reuben Mifsud.  Qraw il-qari tal-quddies Sylvia Marshall u Saviour Friggieri.  Dan sar bil-knisja magħluqa għan-nies.  Wara l-quddiesa rreċitajna l-kurunella tal-Madonna u wara l-kappillan ta il-barka sagramentali minn fuq iz-zuntier lill-parruċċani kollha.  Filgħaxija, imbagħad, għamilna l-istess ħaġa imma din id-darba b’xandira diretta minn fuq it-TV XEJK fis-6.30pm. Iċċelebrajna l-quddiesa bħala komunita dumnikana, filwaqt li Fra Ryan għen il-quddiesa, u l-kant kien immexxi mill-Grupp tal-kitarri: Lara Friggieri, Saralina Savo u Graziella Vella.  Il-qari sar minn Saviour Friggieri u Graziella Vella.  Fi tmien il-quddiesa rreċitajta l-kurunella quddiem il-Madonna pelegrina, saret il-konsagrazzjoni lill-Madonna u barka sagramentali.  B’hekk il-festa tad-dehra saret xorta b’mod differenti.  Il-feedback li kellu l-kappillan minn parruċċani kien ta’ tifħir.  Nittamaw li għall-aħħar dehra f’Ottubru jerġa’ kollox għan-normal. 

Il-Ġimgħa Mqaddsa

Din is-sena l-Ġimgħa Mqaddsa kienet differenti bħalma kienet fid-dinja kollha.  Minħabba l-CONVID-19 kulħadd kellu joqgħod id-dar u għalhekk iċ-ċerimonji tant sbieħ tal-Ġimgħa Mqaddsa saru mingħajr il-preżenza tal-poplu.  Aħna bħala komunita reliġjuża ċċelebrajna kollox bejnietna fil-kappella tal-Kunvent (il-Korin).  Bdejna b’Ħadd il-Palm, 05 ta’ April, li fih berikna l-palm fil-kurutur tal-Kunvent, imbagħad dħalna fil-kappella fejn iċċelebrajna l-quddiesa li fiha nqara l-evenġelju jew kif inhu msejjah “il-Passju”.  Konna preżenti jien (P. Vince), P. Danjel, P. Ivan u Fra Ryan. 

wkoll Ħamis ix-Xirka (09 ta’ April) fis-7.00pm fejn fi tmiem il-quddiesa poġġejna l-Ewkaristija fit-tabernaklu bħala altar tar-ripożizzjoni. Baqa’ l-lejl kollu biex min irid jagħmel l-adorazzjoni personali tiegħu.  Fid-9.00pm inħoloq grupp żgħir mill-Kummissjoni Żgħażagħ li filwaqt li baqa’ d-dar daħlu f’kuntatt magħna bl-internet u minn hemm ipparteċipaw il-visti tal-knejjes mmexxija minn Fra Ryan.

Fil-Ġimgħa l-Kbira (10 ta’ April), fit-3.00pm iċċelebrajna flimkien iċ-ċerimonja tal-Passjoni ta’ Kristu.  Sar dak kollu li mdorrijin niċċelebraw man-nies, jiġifieri, il-qari tal-Passju, l-adorazzjoni tas-salib u mbagħad it-tqarbin.

Sibt il-Għid (11 ta’ April) imbagħad iċċelebrajna b’mod solenni l-quddiesa tal-Għid.  Bdejna fis-7.00pm fil-bitħa fil-Kunvent, għamilna t-tberik tan-nar, u mbagħad dħalna fil-kappella fejn tkantat il-Għanja tal-Għid u wara qrajna s-7 lezzjonijiet tal-Għid.  Forsi din kienet l-ewwel darba li qrajnihom kollha għax s-soltu man-nies naqraw 5.  Dawn il-lezzjonijiet juruna li is-Sahra tal-Għid hija ċ-ċelebrazzjoni ta’ dak kollu li għandu x’jaqsam mal-fidwa tagħna. Dan ifisser il-lezzjonijiet, li ilkoll iduru madwar it-tema tat-tiġdid tal-ħajja. Il-lezzjonijiet jitħaddtu fuq il-ħolqien, il-fidwa ta’ Noè u l-familja tiegħu mid-dulluvju, il-ħelsien tal-Iżraelin mill-jasal, il-wegħda tat-tkattir tad-dixxendenti ta’ Abraham san-“nazzjonijiet kollha”, il-ħelsien tal-Iżraelin fil-Baħar l-Aħmar, u t-twettieq tal-wegħda ta’ Yahweh li jeħlishom fl-Art Imwiegħda. Ġie mbierek ukoll l-ilma ġdid tal-Għid u ġeddidna l-wegħdiet tal-magħmudija tagħna.  Wara dan komplejna bil-quddiesa.  Wara li spiċċajna mill-quddiesa indaqqet mota, kif talab l-Arċisqof Charles Scicluna, biex hekk in-nies minn djarhom setgħu jirċievu ukoll sinjal ta’ ferħ li jġibu magħhom dawn il-festa ta’ Għid li jfakkru l-qawmien ta’ Ġesu mill-mewt u t-tiġdid tal-fidi tagħna f’dan il-misteru.  B’hekk ġew iċċelebrati l-funzjonijiet kollha tat-tlett ijiem tal-Ġimgħa Mqaddsa. 

Festa tad-Duluri

04 ta’ April, festa tad-Duluri: Din is-sena din il-festa tant devota u popolari fostna l-Maltin, li kull sena timla l-knejjes għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddies u timla wkoll t-triqat ta’ diversi parroċċi fil-mument tal-purċissjoni, ġiet iċċelebrata b’mod differenti.  Billi l-knejjes kienu magħluqa minħabba l-COVID 19, il-kappillan flimkien mal-komunita dumnikana qaddsu ġewwa.  Imma ma qaddsux għalihom bħalma għamlu u qed jagħmlu f’dawn il-ġranet.  Fil-11.00am qaddsu fil-knisja bil-bibien magħluqa u ċ-ċelebrazzjoni ġiet trasmessa fuq facebook tal-Grupp Kristu Rebbieħ. Din l-opportunita ppermittiet li ningħaqdu mal-parruċċani u nies oħra, anki maltin barra minn Malta.  Fi tmiem il-quddiesa l-kappillan ta l-barka sagramentali fil-knisja u mbagħad mar fil-bieb tal-knisja li nfetah għal dak il-mument biex jagħti l-barka lill-parruċċani.  Kien mument speċjali u emozzjonali.

Aktar xogħol fil-Parroċċa

Filwaqt li ħafna mill-parruċċani jinsabu d-dar, jipproteġu lilhom infushom u lil ħaddieħor kontra l-coronavirus, illum fil-Parroċċa bdejna x-xogħol tat-toilets li ser isiru fil-kamra (li snin ilu kienu jsibuha bħala l-kamra tat-tazzi).  Inqala’ l-madum biex imbagħad isir ix-xogħol tad-dranaġġ.  Sadanittant, tkompli xogħol biex jitpoġġew l-airconditioning fil-knisja li beda l-Ħamis li għadda 12 ta’ Marzu.  Illum ukoll bdew jitpoġġew żewġ airconditioning fis-Sala Yvonne u ukoll fiċ-Ċentru taż-żgħażagħ.  B’hekk f’din il-ħemda li ġab miegħu l-coronavirus, seta’ jsir dan ix-xogħol mingħajr ma kien skomdu għal ħadd.  Hekk issa għandna sitt airconditioning imqassmin mill-artal sal-bieb tal-ġenb imqassmin fil-knisja.

Xogħol fil-knisja

Wara li issa lesta il-parti elettrika llum bdew jitpoġġew sitt units ta’ air-conditioning mid-ditta Cassar Air-Conditioning Systems Ltd (Santa Venera).  Twaħħlu tnejn fuq il-presbiterju, wieħed kull naħa, tnejn fl-ewwel parti ta’ quddiem tal-knisja, wieħed kull naħa, u tnejn oħra wieħed fejn il-bieb tal-kappella tas-Sagrament u l-ieħor ħdejn il-bieb tal-ġenb tal-knisja.  Għalhekk issa għandna sa nofs il-knisja moqdija bl-airconditioning.  Aktar ‘il quddiem naħsbu biex jitpoġġew tnejn oħra viċin il-bieb il-kbir ta’ barra.  Nittamaw illi nilħqu għan ieħor, dak li peress li l-knisja qatt ma tkun mimlija kollha, in-nies ifittxu li jersqu aktar ‘il quddiem fil-knisja, aktar viċin l-artal.

2020

MARZU

Coronavirus: Intbagħtet din iċ-ċirkulari mill-Curia fid-9 ta’ Marzu:

Talb għall-Ħarsien tas-Saħħa

Nixtiequ nħeġġukom biex nitolbu ħalli naqilgħu mingħand Alla l-grazzja tas-saħħa fir-ruħ u fil-ġisem u biex titrażżan u titwaqqaf il-Coronavirus Covid-19 fid-dinja. Nitolbu għal dawk kollha milquta u għal dawk kollha li qegħdin joffru s-servizzi tagħhom u jieħdu deċiżjonijiet b’risq is-saħħa.

Għalhekk, l-adorazzjoni li ssir fil-parroċċa jew il-Ħamis 12 jew il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu 2020 kif ukoll ir-reċita tar-Rużarju għandhom isiru għal din l-intenzjoni. Inħeġġu wkoll lill-familja li titlob it-talba tar-Rużarju flimkien.

Miżura ġdida mitluba mill-awtoritajiet tas-saħħa hi li ma jkunx hemm ilma mbierek fil-fonti tal-ilma mbierek fil-knejjes. Għalhekk għandu jitneħħa l-ilma mbierek mill-fonti.

Coronavirus: Tħabbar l-ewwel każ tal-Coronavirus hawn Malta.  Għalhekk wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa, illum 12 ta’ Marzu, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, qegħdin iwaqqfu l-funzjonijiet reliġjużi kollha, inkluż il-Quddies ta’ kuljum u ta’ nhar ta’ Ħadd, u l-katekeżi tat-tfal, fl-Arċidjocesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex. Għalhekk, l-Isqfijiet qegħdin jagħtu lill-Insara dispensa mill-obbligu tal-Quddies ta’ nhar ta’ Ħadd. Din il-miżura ta’ prekawzjoni tidħol fis-seħħ b’effett immedjat u qed tittieħed għall-ġid komuni u biex jiġu mħarsa b’mod speċjali dawk l-aktar vulnerabbli. F’każ ta’ funeral, is-saċerdot ser imexxi r-rit tat-tberik tal-fdalijiet fiċ-ċimiterju, peress li dan huwa post fil-miftuħ, fil-preżenza tal-qraba l-aktar stretti. Is-saċerdot imbagħad, fil-privat, joffri Quddiesa b’suffraġju għal ruħ il-mejjet. Il-knejjes ser ikunu miftuħin fil-ħinijiet tas-soltu għal mumenti ta’ talb privat. Dawn il-miżuri jibqgħu fis-seħħ sakemm jingħata avviż ieħor.

Aħna, flimkien mal-parroċċi kollha ta’ Malta, għalaqna l-knisja parrokkjali, l-knisja tad-Duluri u tal-Orsolini, skont it-direttivi tal-isqfijiet li daħlu b’effett immedjat illum stess, il-Ħamis 12 ta’ Marzu.  Il-komunita tagħna tal-patrijiet ġiet avżata u għalhekk minn għada ninbew nikkonċelebraw fil-kappella tal-kunvent mingħajr il-preżenza ta’ nies oħra.  Ġew dispensati wkoll il-laqgħat tal-ketekiżmu tat-tfal u kull attivita pastorali oħra kemm fil-limiti tal-parroċċa kif ukoll barra l-parroċċa.

Attivitajiet tal-Aħħar

13.10.2018 4

Dan l-aħħar kellna diversi ċelebrazzjonijiet u attivitajiet fil-Parroċċa tagħna.

Bdejna l-katekiżmu tat-tfal fit-23 ta’ Settembru. katekezi3Din is-sena ġew irreġistrati 130 tifel u tifla li qegħdin imqassmin f’sitt klassijiet, mill-ewwel sena tal-Preċett sas-sitt sena tal-Griżma.  Wara li kulħadd kien f’postu fil-grupp tiegħu saret iċ-ċelebrazzjoni tal-ftuħ uffiċċjali fl-10 ta’ Ottubru.

Fit-13 ta’ Ottubru ċċelebrajna l-Aħħar Dehra tal-Madonna ta’ Fatima.  Din is-sena ġiet iċċelebrata b’mod differenti.  Minflok il-pellegrinaġġ li jsir kull sena mat-triqat tal-Parroċċa, saret ċelebrazzjoni fuq iz-zuntier bir-reċita tar-rużarju akkompanjat bi slidesdehra dwar il-misteri u bil-kant.  Kien mument devot ħafna għax kulħadd seta’ jieħu sehem u jirrifletti bil-kalma.  Wara dħalna fis-Santwarju bl-istatwa tal-Madonna.  It-tfal għamlu preżentazzjoni tal-Aħħar Dehra u wara kellna quddiesa ċċelebrata mill-Kappillan P. Vince Micallef.  Fl-aħħar sellimna l-Madonna bil-kant u tixjir tal-imkatar kif isir kull sena.

Nhar il-Ħadd, 27 ta’ Ottubru, 2019, tmintax-il adolexxent irċevew is-sagrament tal-grizma1Griżma tal-Isqof minn idejn l-Isqof Mons Joseph Galea Curmi fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa. Nitolbu għal dawn l-adolexxenti biex issa mimlijin bl-Ispirtu s-Santu jgħixu l-wegħdiet ta’ dan is-sagrament billi ikunu xhieda ta’ ħajja nisranija fis-soċjeta u jaqdu l-missjoni tagħhom bħala membri tal-Knisja Kattolika.