Il-Ġimgħa Mqaddsa

Din is-sena l-Ġimgħa Mqaddsa kienet differenti bħalma kienet fid-dinja kollha.  Minħabba l-CONVID-19 kulħadd kellu joqgħod id-dar u għalhekk iċ-ċerimonji tant sbieħ tal-Ġimgħa Mqaddsa saru mingħajr il-preżenza tal-poplu.  Aħna bħala komunita reliġjuża ċċelebrajna kollox bejnietna fil-kappella tal-Kunvent (il-Korin).  Bdejna b’Ħadd il-Palm, 05 ta’ April, li fih berikna l-palm fil-kurutur tal-Kunvent, imbagħad dħalna fil-kappella fejn iċċelebrajna l-quddiesa li fiha nqara l-evenġelju jew kif inhu msejjah “il-Passju”.  Konna preżenti jien (P. Vince), P. Danjel, P. Ivan u Fra Ryan. 

wkoll Ħamis ix-Xirka (09 ta’ April) fis-7.00pm fejn fi tmiem il-quddiesa poġġejna l-Ewkaristija fit-tabernaklu bħala altar tar-ripożizzjoni. Baqa’ l-lejl kollu biex min irid jagħmel l-adorazzjoni personali tiegħu.  Fid-9.00pm inħoloq grupp żgħir mill-Kummissjoni Żgħażagħ li filwaqt li baqa’ d-dar daħlu f’kuntatt magħna bl-internet u minn hemm ipparteċipaw il-visti tal-knejjes mmexxija minn Fra Ryan.

Fil-Ġimgħa l-Kbira (10 ta’ April), fit-3.00pm iċċelebrajna flimkien iċ-ċerimonja tal-Passjoni ta’ Kristu.  Sar dak kollu li mdorrijin niċċelebraw man-nies, jiġifieri, il-qari tal-Passju, l-adorazzjoni tas-salib u mbagħad it-tqarbin.

Sibt il-Għid (11 ta’ April) imbagħad iċċelebrajna b’mod solenni l-quddiesa tal-Għid.  Bdejna fis-7.00pm fil-bitħa fil-Kunvent, għamilna t-tberik tan-nar, u mbagħad dħalna fil-kappella fejn tkantat il-Għanja tal-Għid u wara qrajna s-7 lezzjonijiet tal-Għid.  Forsi din kienet l-ewwel darba li qrajnihom kollha għax s-soltu man-nies naqraw 5.  Dawn il-lezzjonijiet juruna li is-Sahra tal-Għid hija ċ-ċelebrazzjoni ta’ dak kollu li għandu x’jaqsam mal-fidwa tagħna. Dan ifisser il-lezzjonijiet, li ilkoll iduru madwar it-tema tat-tiġdid tal-ħajja. Il-lezzjonijiet jitħaddtu fuq il-ħolqien, il-fidwa ta’ Noè u l-familja tiegħu mid-dulluvju, il-ħelsien tal-Iżraelin mill-jasal, il-wegħda tat-tkattir tad-dixxendenti ta’ Abraham san-“nazzjonijiet kollha”, il-ħelsien tal-Iżraelin fil-Baħar l-Aħmar, u t-twettieq tal-wegħda ta’ Yahweh li jeħlishom fl-Art Imwiegħda. Ġie mbierek ukoll l-ilma ġdid tal-Għid u ġeddidna l-wegħdiet tal-magħmudija tagħna.  Wara dan komplejna bil-quddiesa.  Wara li spiċċajna mill-quddiesa indaqqet mota, kif talab l-Arċisqof Charles Scicluna, biex hekk in-nies minn djarhom setgħu jirċievu ukoll sinjal ta’ ferħ li jġibu magħhom dawn il-festa ta’ Għid li jfakkru l-qawmien ta’ Ġesu mill-mewt u t-tiġdid tal-fidi tagħna f’dan il-misteru.  B’hekk ġew iċċelebrati l-funzjonijiet kollha tat-tlett ijiem tal-Ġimgħa Mqaddsa. 

Leave a Reply

Your email address will not be published.