https://laikosblog.org/2021/04/23/wasal-iz-zmien-li-nagixxu/?fbclid=IwAR3tLV8Vi8a1q1zfguaMvlVvCW6bkMjTtKv9ZgQAeX258HXZOUrFApNrCLI Il-Papa ‘f’Jum id-Dinja’: “Wasal iż-żmien li naġixxu!”
Author Archives: parroccafatima
Mumenti ta’ talb privat
Il-Ħidma Pastorali Tkompli
Wara ħafna qtigħ il-qalb, irnexxilna nibdlu d-dati u niċċelebraw l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof fl-istess ġurnata. Nhar il-Ħadd, 23 ta’ Awwissu, ilqajna fostna lil Mons Joseph Galea Curmi biex jiċċelebra l-Griżma tal-Isqof ta’ 24 adolexxent fil-quddiesa tad-9.30am. Kien mument sabih b’ċelebrazzjoni sempliċi, għalkemm b’ħafna regoli skond l-Awtoritajiet tas-Saħħa u tal-Kurja Djoċesana. Filgħaxija, imbagħad, iċċelebrajna l-EwwelContinue reading “Il-Ħidma Pastorali Tkompli”
Lura lejn Quddies fil-Parroċċa
Wara tlett xhur sħaħ, fuq orjentazzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-saħħa, l-isqfijiet tagħna waslu għall-konklużjoni prudenti li billi l-imxija qed tiġi kkontrollata b’diversi regoli dixxiplinarji, jistgħu bil-mod il-mod jerġgħu jinfetħu l-knejjes. Dan kien il-pjan kollettiv bejn l-awtoritajiet tal-Knisja u l-awtoritajiet tas-saħħa. U hekk ġara fit-13 u l-14 ta’ Ġunju, festa għażiża tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu (Corpus Christi).Continue reading “Lura lejn Quddies fil-Parroċċa”
Covid-19 u l-Parroċċa
Waqt li l-knisja kienet magħluqa u l-laqgħat tal-katekiżmu waqfu minħabba l-Covid-19, Steve Marshall f’isem is-Sezzjoni Briju tal-Kummissjoni Festa nċentiva lit-tfal biex jpinġu posters fejn juru x-xewqa tal-għaqda fost il-bnedmin kontra l-imxija li ħakmet lid-dinja. It-tema kienet qawsalla ta’ tama. Ħafna tfal ħadu sehem u l-posters tagħhom tpoġġew ħdejn l-istatwa tal-Madonna li hemm fuq iz-zuntier kifContinue reading “Covid-19 u l-Parroċċa”
L-Ewwel Dehra tal-Madonna ta’ Fatima
Fit-12 ta’ Mejju għalaqna xharejn minmindu kellna nagħlqu l-bibieb tal-knisja parrokkjali u noqgħodu fil-kunvent. Madanakollu, fit-13 ta’ Mejju ma stajniex ma nagħmlu xejn biex infakkru l-Ewwel Dehra tal-Madonna. Tlett snin ilu ċċelebrajna din il-ġurnata bil-kbir għaliex fakkarna l-mitt sena mill-Ewwel Dehra (1917-2017). Iżda din is-sena tħassar kollox. Il-pellegrinaġġ ma sarx u dan għal żewġ raġunijiet. Continue reading “L-Ewwel Dehra tal-Madonna ta’ Fatima”
Il-Ġimgħa Mqaddsa
Din is-sena l-Ġimgħa Mqaddsa kienet differenti bħalma kienet fid-dinja kollha. Minħabba l-CONVID-19 kulħadd kellu joqgħod id-dar u għalhekk iċ-ċerimonji tant sbieħ tal-Ġimgħa Mqaddsa saru mingħajr il-preżenza tal-poplu. Aħna bħala komunita reliġjuża ċċelebrajna kollox bejnietna fil-kappella tal-Kunvent (il-Korin). Bdejna b’Ħadd il-Palm, 05 ta’ April, li fih berikna l-palm fil-kurutur tal-Kunvent, imbagħad dħalna fil-kappella fejn iċċelebrajna l-quddiesaContinue reading “Il-Ġimgħa Mqaddsa”
Festa tad-Duluri
04 ta’ April, festa tad-Duluri: Din is-sena din il-festa tant devota u popolari fostna l-Maltin, li kull sena timla l-knejjes għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddies u timla wkoll t-triqat ta’ diversi parroċċi fil-mument tal-purċissjoni, ġiet iċċelebrata b’mod differenti. Billi l-knejjes kienu magħluqa minħabba l-COVID 19, il-kappillan flimkien mal-komunita dumnikana qaddsu ġewwa. Imma ma qaddsux għalihom bħalma għamlu uContinue reading “Festa tad-Duluri”
Id-dinja magħquda mal-Papa fit-talb
27 ta’ Marzu: Illum fis-6.00pm aħna bħala komunita dumnikana ltqajna fil-kamra tat-TV u, bħalma għamlu l-Maltin u nies mid-dinja kollha, assistejna xandira diretta minn Pjazza S. Pietru, Ruma, il-laqgħa tal-Papa Franġisku mad-dinja kollha. Iżda ħa nikkopja hawn test maqlub għall-malti minn Evarist Bartolo li jispjega eżatt x’ġara f’dan il-ħin: Rajt raġel! Kien raġel waħdu… liebesContinue reading “Id-dinja magħquda mal-Papa fit-talb”
Aktar xogħol fil-Parroċċa
Filwaqt li ħafna mill-parruċċani jinsabu d-dar, jipproteġu lilhom infushom u lil ħaddieħor kontra l-coronavirus, illum fil-Parroċċa bdejna x-xogħol tat-toilets li ser isiru fil-kamra (li snin ilu kienu jsibuha bħala l-kamra tat-tazzi). Inqala’ l-madum biex imbagħad isir ix-xogħol tad-dranaġġ. Sadanittant, tkompli xogħol biex jitpoġġew l-airconditioning fil-knisja li beda l-Ħamis li għadda 12 ta’ Marzu. Illum ukollContinue reading “Aktar xogħol fil-Parroċċa”