Wara li issa lesta il-parti elettrika llum bdew jitpoġġew sitt units ta’ air-conditioning mid-ditta Cassar Air-Conditioning Systems Ltd (Santa Venera). Twaħħlu tnejn fuq il-presbiterju, wieħed kull naħa, tnejn fl-ewwel parti ta’ quddiem tal-knisja, wieħed kull naħa, u tnejn oħra wieħed fejn il-bieb tal-kappella tas-Sagrament u l-ieħor ħdejn il-bieb tal-ġenb tal-knisja. Għalhekk issa għandna sa nofsContinue reading “Xogħol fil-knisja”
Category Archives: Uncategorized
2020
MARZU Coronavirus: Intbagħtet din iċ-ċirkulari mill-Curia fid-9 ta’ Marzu: Talb għall-Ħarsien tas-Saħħa Nixtiequ nħeġġukom biex nitolbu ħalli naqilgħu mingħand Alla l-grazzja tas-saħħa fir-ruħ u fil-ġisem u biex titrażżan u titwaqqaf il-Coronavirus Covid-19 fid-dinja. Nitolbu għal dawk kollha milquta u għal dawk kollha li qegħdin joffru s-servizzi tagħhom u jieħdu deċiżjonijiet b’risq is-saħħa. Għalhekk, l-adorazzjoni liContinue reading “2020”
Attivitajiet tal-Aħħar
Dan l-aħħar kellna diversi ċelebrazzjonijiet u attivitajiet fil-Parroċċa tagħna. Bdejna l-katekiżmu tat-tfal fit-23 ta’ Settembru. Din is-sena ġew irreġistrati 130 tifel u tifla li qegħdin imqassmin f’sitt klassijiet, mill-ewwel sena tal-Preċett sas-sitt sena tal-Griżma. Wara li kulħadd kien f’postu fil-grupp tiegħu saret iċ-ċelebrazzjoni tal-ftuħ uffiċċjali fl-10 ta’ Ottubru. Fit-13 ta’ Ottubru ċċelebrajna l-Aħħar Dehra tal-Madonna ta’Continue reading “Attivitajiet tal-Aħħar”
Griżma tal-Isqof
Wara sitt snin ta’ katekiżmu, nhar il-Ħadd, 27 ta’ Ottubru, 2019, tmintax-il adolexxent irċevew is-sagrament tal-Griżma tal-Isqof minn idejn l-Isqof Mons Joseph Galea Curmi fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa. Nitolbu għal dawn l-adolexxenti biex issa mimlijin bl-Ispirtu s-Santu jgħixu l-wegħdiet ta’ dan is-sagrament billi ikunu xhieda ta’ ħajja nisranija fis-soċjeta u jaqdu l-missjoni tagħhom bħalaContinue reading “Griżma tal-Isqof”
Festa tal-Madonna ta’ Fatima
L-Ewwel Dehra 13 ta’ Mejju 2019
Il-Ġimgħa Mqaddsa
VIA SAGRA TAT-TFAL Fil-05 ta’ April, it-tfal tal-katekizmu mgħejjunin mill-katekisti tagħhom għenuna nirriflettu fuq il-passjoni w il-mewt ta’ Ġesu permezz ta’ Via Sagra sempliċi li għamlu fil-Parroċċa. Għal din iċ-ċelebrazzjoni ħadu sehem grupp ta’ tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom. WIRJA “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi”: Nhar il-Ħamis, 11 ta’ April, ġiet inawgurata wirja fuq stil barokk ta’Continue reading “Il-Ġimgħa Mqaddsa”
Randan – Katekezi
Katekezi Randan 2019
Randan 2019
Fil-messaġġ tiegħu għar-Randan, il-Papa Franġisku qalilna li r-Randan huwa bidu ġdid fil-ħajja nisranija tagħna. Hu qalilna: “li r-Randan huwa mogħdija li twassalna għall-Għid: ir-rebħa ta’ Kristu fuq il-mewt.” Nafu li t-tlett ijiem tal-Għid (Ħamis ix-Xirka, il-Ġimgħa l-Kbira u Sibt il-Għid) huma ċelebrazzjonijiet ċentrali fil-ħajja nisranija tagħna għax fihom mhux biss niftakru u nġeddu t-tifkira tal-ħajja,Continue reading “Randan 2019”
50 Sena ta’ Ħajja Reliġjuża
Ta’ 17-il sena, Patri Vince Micallef, illum kappillan tal-Parroċċa tagħna, ħalla d-dar tiegħu u l-familja, biex jingħaqad mal-Ordni Dumnikan. Huwa rċeva l-libsa bajda u sewda fis-17 ta’ Settembru 1967 u beda n-novizzjat fil-kunvent ta’ din l-istess Parroċċa. Wara sena ta’ prova fin-novizzjat, huwa għamel il-profissjoni tiegħu fit-22 ta’ Settembru 1968, eżatt 50 sena ilu. Il-profissjoniContinue reading “50 Sena ta’ Ħajja Reliġjuża”