Lura lejn Quddies fil-Parroċċa

Wara tlett xhur sħaħ, fuq orjentazzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-saħħa, l-isqfijiet tagħna waslu għall-konklużjoni prudenti li billi l-imxija qed tiġi kkontrollata b’diversi regoli dixxiplinarji, jistgħu bil-mod il-mod jerġgħu jinfetħu l-knejjes. Dan kien il-pjan kollettiv bejn l-awtoritajiet tal-Knisja u l-awtoritajiet tas-saħħa. U hekk ġara fit-13 u l-14 ta’ Ġunju, festa għażiża tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu (Corpus Christi).Continue reading “Lura lejn Quddies fil-Parroċċa”

Covid-19 u l-Parroċċa

Waqt li l-knisja kienet magħluqa u l-laqgħat tal-katekiżmu waqfu minħabba l-Covid-19, Steve Marshall f’isem is-Sezzjoni Briju tal-Kummissjoni Festa nċentiva lit-tfal biex jpinġu posters fejn juru x-xewqa tal-għaqda fost il-bnedmin kontra l-imxija li ħakmet lid-dinja. It-tema kienet qawsalla ta’ tama. Ħafna tfal ħadu sehem u l-posters tagħhom tpoġġew ħdejn l-istatwa tal-Madonna li hemm fuq iz-zuntier kifContinue reading “Covid-19 u l-Parroċċa”

L-Ewwel Dehra tal-Madonna ta’ Fatima

Fit-12 ta’ Mejju għalaqna xharejn minmindu kellna nagħlqu l-bibieb tal-knisja parrokkjali u noqgħodu fil-kunvent.  Madanakollu, fit-13 ta’ Mejju ma stajniex ma nagħmlu xejn biex infakkru l-Ewwel Dehra tal-Madonna.  Tlett snin ilu ċċelebrajna din il-ġurnata bil-kbir għaliex fakkarna l-mitt sena mill-Ewwel Dehra (1917-2017).  Iżda din is-sena tħassar kollox.  Il-pellegrinaġġ ma sarx u dan għal żewġ raġunijiet. Continue reading “L-Ewwel Dehra tal-Madonna ta’ Fatima”

Il-Ġimgħa Mqaddsa

Din is-sena l-Ġimgħa Mqaddsa kienet differenti bħalma kienet fid-dinja kollha.  Minħabba l-CONVID-19 kulħadd kellu joqgħod id-dar u għalhekk iċ-ċerimonji tant sbieħ tal-Ġimgħa Mqaddsa saru mingħajr il-preżenza tal-poplu.  Aħna bħala komunita reliġjuża ċċelebrajna kollox bejnietna fil-kappella tal-Kunvent (il-Korin).  Bdejna b’Ħadd il-Palm, 05 ta’ April, li fih berikna l-palm fil-kurutur tal-Kunvent, imbagħad dħalna fil-kappella fejn iċċelebrajna l-quddiesaContinue reading “Il-Ġimgħa Mqaddsa”

Festa tad-Duluri

04 ta’ April, festa tad-Duluri: Din is-sena din il-festa tant devota u popolari fostna l-Maltin, li kull sena timla l-knejjes għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddies u timla wkoll t-triqat ta’ diversi parroċċi fil-mument tal-purċissjoni, ġiet iċċelebrata b’mod differenti.  Billi l-knejjes kienu magħluqa minħabba l-COVID 19, il-kappillan flimkien mal-komunita dumnikana qaddsu ġewwa.  Imma ma qaddsux għalihom bħalma għamlu uContinue reading “Festa tad-Duluri”

Id-dinja magħquda mal-Papa fit-talb

27 ta’ Marzu: Illum fis-6.00pm aħna bħala komunita dumnikana ltqajna fil-kamra tat-TV u, bħalma għamlu l-Maltin u nies mid-dinja kollha, assistejna xandira diretta minn Pjazza S. Pietru, Ruma, il-laqgħa tal-Papa Franġisku mad-dinja kollha.  Iżda ħa nikkopja hawn test maqlub għall-malti minn Evarist Bartolo li jispjega eżatt x’ġara f’dan il-ħin: Rajt raġel! Kien raġel waħdu… liebesContinue reading “Id-dinja magħquda mal-Papa fit-talb”

Aktar xogħol fil-Parroċċa

Filwaqt li ħafna mill-parruċċani jinsabu d-dar, jipproteġu lilhom infushom u lil ħaddieħor kontra l-coronavirus, illum fil-Parroċċa bdejna x-xogħol tat-toilets li ser isiru fil-kamra (li snin ilu kienu jsibuha bħala l-kamra tat-tazzi).  Inqala’ l-madum biex imbagħad isir ix-xogħol tad-dranaġġ.  Sadanittant, tkompli xogħol biex jitpoġġew l-airconditioning fil-knisja li beda l-Ħamis li għadda 12 ta’ Marzu.  Illum ukollContinue reading “Aktar xogħol fil-Parroċċa”

Xogħol fil-knisja

Wara li issa lesta il-parti elettrika llum bdew jitpoġġew sitt units ta’ air-conditioning mid-ditta Cassar Air-Conditioning Systems Ltd (Santa Venera).  Twaħħlu tnejn fuq il-presbiterju, wieħed kull naħa, tnejn fl-ewwel parti ta’ quddiem tal-knisja, wieħed kull naħa, u tnejn oħra wieħed fejn il-bieb tal-kappella tas-Sagrament u l-ieħor ħdejn il-bieb tal-ġenb tal-knisja.  Għalhekk issa għandna sa nofsContinue reading “Xogħol fil-knisja”

2020

MARZU Coronavirus: Intbagħtet din iċ-ċirkulari mill-Curia fid-9 ta’ Marzu: Talb għall-Ħarsien tas-Saħħa Nixtiequ nħeġġukom biex nitolbu ħalli naqilgħu mingħand Alla l-grazzja tas-saħħa fir-ruħ u fil-ġisem u biex titrażżan u titwaqqaf il-Coronavirus Covid-19 fid-dinja. Nitolbu għal dawk kollha milquta u għal dawk kollha li qegħdin joffru s-servizzi tagħhom u jieħdu deċiżjonijiet b’risq is-saħħa. Għalhekk, l-adorazzjoni liContinue reading “2020”