Biex niċċelebraw l-aħħar Dehra tal-Madonna ta’ Fatima, ġiet organiżżata velja fit-12 ta’ Ottubru 2018, li fiha ġie reċitat rużarju meditat, sar talb speċjali għall-familji permezz tal-konsagrazzjoni lill-Madonna u mbagħad barka sagramentali. Kien mument b’devozzjoni u qima lejn il-Madonna, omm il-familji. L-għada, 13 ta’ Ottubru, ġiet iċċelebrata l-Aħħar Dehra tal-Madonna ta’ Fatima. Għalkemm għaddejna n-nofs ta’Continue reading “Pellegrinaġġ tal-Aħħar Dehra tal-Madonna ta’ Fatima”
Author Archives: parroccafatima
44 sena ta’ Ħajja Saċerdotali
Kienu 50 djaknu reliġjużi u djoċesani li ġew ordnati saċerdoti mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi fil-Kon-Katedral ta’ San Ġwann, nhar l-20 ta’ Lulju 1974. Kienet ukoll okkażjoni speċjali għall-Arċisqof li kien qed jiċċelebra 50 sena bħala isqof. Ta’ kull sena dan il-grupp, jien wieħed minnhom, niċċelebraw l-anniversarju saċerdotali tagħna f’xi knisja parrokkjali. Din is-sena,Continue reading “44 sena ta’ Ħajja Saċerdotali”
Festa
Il-festa t-tajba
FESTA TAL-MADONNA TA’ FATIMA
27 ta’ Mejju sat-03 ta’ Ġunju 2018 L-Ewwel Tqarbina – il-Ħadd, 27 ta’ Mejju: fid-9.00am it-tfal flimkien mal-katekisti u l-ġenituri joħorġu mill-kunvent f’purċissjoni lejn is-Santwarju u fid-9.30am niċċelebraw il-quddiesa. It-Tnejn, 28 ta’ Mejju: Jum it-Tfal Fis-6.30pm Quddiesa ċċelebrata minn P. Ivan Attard OP, viċi-Kappillan. Issir ukoll l-inkurunazzjoni tal-Madonna u wara party fuq iz-zuntier.Continue reading “FESTA TAL-MADONNA TA’ FATIMA”
Pellegrinaġġ ta’ l-Ewwel Dehra 13 ta’ Mejju
Billi din is-sena l-Parroċċa tagħna qegħda tiċċelebra l-50 sena mit-twaqqif tagħha (1968), il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP), wara proposta li saret mill-Kummissjoni Festa, iddeċieda li l-pellegrinaġġ ta’ l-Ewwel Dehra din is-sena jsir filgħodu. U hekk ġara. Lejliet id-dehra, grupp ta’ adolexxenti u tfal għamlu preżentazzjoni waqt il-quddiesa ta’ filgħaxija, imbagħad l-għada, il-Ħadd, 13 ta’Continue reading “Pellegrinaġġ ta’ l-Ewwel Dehra 13 ta’ Mejju”
50 Sena Parroċċa
50 Sena Parroċċa Fl-01 ta’ Frar ta’ din is-sena l-ġdida 2018, il-Parroċċa ċċelebrat il-ħamsin sena mit-twaqqif tagħha. Kien l-01 ta’ Frar 1968 meta l-E.T. Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi ddikjara t-twaqqif ta’ din il-Parroċċa li fdaha f’idejn il-komunita Dumnikana ta’ Gwardamanġa/Pieta. Il-Kunsill tal-Provinċja għażel l-ewwel kappillan tal-Parroċċa lill-mibki Patri Vinċenz Portelli, li ħa l-pussess fit-12 ta’ MejjuContinue reading “50 Sena Parroċċa”
100 Sena mid-Dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima
100 Sena mid-Dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima Wasalna fi tmiem taċ-ċentinarju tad-Dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima. Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li għenu biex niċċelebraw dawn il-mumenti ta’ grazzja li b’fidi ħadna sehem fihom. Mingħajr il-parteċipazzjoni tagħkom ma konniex nilħqu il-għan prinċipali ta’ dak li sar. Grazzi lil kulħadd. Patri Vince Micallef OP kappillan
Inħejju ruħna għall-Ġimgħa Mqaddsa
Inħejju ruħna għall-Ġimgħa Mqaddsa Wara r-Randan, li fih ħarisna lejna nfusna u ppruvajna nikkoreġu l-iżbalji tagħna u nbiddlu ħajjitna, issa wasalna biex mhux biss inġeddu l-memorji tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Kristu, imma ngħixu l-ħajja, it-tbatija u l-ferħ ma’ Kristu fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Hawn għandkom il-programm sħiħ tal-Parroċċa biex tkunu tistgħu tipparteċipaw bis-sħiħ. Il-granet tal-ĠimgħaContinue reading “Inħejju ruħna għall-Ġimgħa Mqaddsa”