VIA SAGRA TAT-TFAL
Fil-05 ta’ April, it-tfal tal-katekizmu mgħejjunin mill-katekisti tagħhom għenuna nirriflettu fuq il-passjoni w il-mewt ta’ Ġesu permezz ta’ Via Sagra sempliċi li għamlu fil-Parroċċa. Għal din iċ-ċelebrazzjoni ħadu sehem grupp ta’ tfal flimkien mal-ġenituri tagħhom.
WIRJA “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi”: Nhar il-Ħamis, 11 ta’ April, ġiet inawgurata wirja fuq stil barokk ta’ statwi u pitturi li jgħinuna nirrifletti fuq il-ħajja, il-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesu Kristu. Il-wirja tinsab fis-Sala Yvonne fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa / Pieta. Il-wirja bdiet b’serata fejn P. Reno Muscat OP spjega f’hiex jikkonsisti l-istil barokk u fisser wkoll l-istil tal-mejda tal-aħħar ikla tal-Mulej li hija ċ-ċentru ta’ din il-wirja. Is-serata ġiet mzewqa b’muzika klassika mtella’ minn George Curmi (il-Pusè) flimkien ma’ ibnu Bernard. Wara l-wirja ġiet miftuħa u mbierka mill-Eċċ. Tiegħu Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona OP.
FESTA TAD-DULURI: Nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ April, il-Parroċċa tagħna ċċelebrat bħal snin oħra l-festa devozzjonali tad-Duluri. Barra l-quddies li ġie ċċelebrat kemm fis-Santwarju, kif wkoll fil-knsejjes tad-Duluri u tal-Orsolini, li għalihom pparteċipaw ħafna nies, fis-6.00pm ġiet organizzata wkoll purċissjoni li fiha ingħad bid-devozzjoni r-ruzarju.
ĦADD IL-PALM: Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa bdew bit-tberik tal-palm. Iltqajna fl-9.45am ħdejn l-Isptar San Luqa u minn hemm imxejna f’pellegrinaġġ animat bil-kant mill-Grupp tan-Neo-Katekumeni sa fuq iz-Zuntier tal-knisja parrokkjali. Hemm sar it-tberik tal-palm, imbagħad dħalna fil-knisja għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.
ĦAMIS IX-XIRKA: Din is-sena, f’għaqda mal-Knisja Kattolika universali, il-gest tal-ħasil tar-riġlejn fil-quddiesa ta’ Ħamis ix-Xirka kellu t-tifsira tiegħu mat-tema tas-Sena taz-zghazagh. Fl-ittra Appostolika li l-Papa għadu kemm ppubblika jibda billi jgħid: “Kristu jgħix. Hu t-tama tagħna u l-isbaħ żgħożija ta’ din id-dinja. Dak kollu li jmiss isir żagħżugħ, jiġġedded, ifur bil-ħajja. Għalhekk, l-ewwel kelmiet li nixtieq illissen lil kull żagħżugħ Nisrani huma: Hu jgħix u jridek ħaj!”. Għalhekk din is-sena għażilna bħala rapreżentanti tal-komunita biex jieħdu sehem fil-ħasil tar-riġlejn żgħażagħ: ġuvintur, tfajliet u koppji żgħażagħ.
IL-ĠIMGĦA L-KBIRA: Fit-3.00pm, magħqudin mal-Knisja Kattolika universali, iċċelebrajna t-tifkira tal-passjoni l-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu. Sar il-qari tal-passjoni, l-adorazzjoni tas-Salib u wara t-tqarbin.