
Merħba fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima
Fl-1952 il-Patrijiet Dumnikani, permezz tal-ħidma tal-Provinċjal P. Esmond Klimeck, bena s-santwarju tal-Madonna ta’ Fatima fuq l-għolja ta’ Gwardamanġa; is-Santwarju sar ċentru Marjan msejjes fuq it-talba tar-Rużarju. Il-Knisja kienet miftuħa fl-1955 u saret parroċċa fl-1968.
Latest Posts
- Wasal iż-żmien li naġixxu!
https://laikosblog.org/2021/04/23/wasal-iz-zmien-li-nagixxu/?fbclid=IwAR3tLV8Vi8a1q1zfguaMvlVvCW6bkMjTtKv9ZgQAeX258HXZOUrFApNrCLI
Il-Papa ‘f’Jum id-Dinja’: “Wasal iż-żmien li naġixxu!”
- Mumenti ta’ talb privat
Nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Marzu 2021, il-knisja tagħna reġgħet fetħet għall-mumenti ta’ talb privat għal min ikun jixtieq. Dan sar wara li fl-10 ta’ Marzu tħabbar mill-Arċisqof, fuq orjentazzjoni u dirittivi tad-Dipartiment tas-Saħħa, biex il-knejjes jerġgħu jingħalqu għal ċelebrazzjonijiet u quddies minħabba li n-numru ta’ infettati bil-Covid-19 reġa’ sploda ‘l fuq.
Din hija ċ-ċirkulari ta’ Mons. Arċisqof: “Il‑Knisja qed twaqqaf il‑funzjonijiet reliġjużi kollha b’effett immedjat, għajr għall‑quddiesa tal‑funeral u ċ‑ċelebrazzjoni tar‑rit taż‑żwieġ. Dawn il‑miżuri, li qed jitħabbru bi qbil mal‑Awtoritajiet tas‑Saħħa, se jibqgħu fis‑seħħ sal‑11 ta’ April 2021.
Il‑knejjes prinċipali se jibqgħu miftuħa għat‑talb privat. Biex wieħed jidħol fil‑knisja għandu jibqa’ jimxi mal‑miżuri kollha preżenti għall‑ħarsien tas‑saħħa.
F’dan iż‑żmien diffiċli, l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex iħeġġu lil kulħadd biex inkomplu nosservaw id‑direttivi filwaqt li jappellaw għat‑talb għas‑saħħa tal‑poplu tagħna.
L‑Insara huma mistiedna biex ta’ kuljum jingħaqdu fit‑talb permezz taċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa mxandra fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.” - Il-Ħidma Pastorali Tkompli
Wara ħafna qtigħ il-qalb, irnexxilna nibdlu d-dati u niċċelebraw l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof fl-istess ġurnata. Nhar il-Ħadd, 23 ta’ Awwissu, ilqajna fostna lil Mons Joseph Galea Curmi biex jiċċelebra l-Griżma tal-Isqof ta’ 24 adolexxent fil-quddiesa tad-9.30am. Kien mument sabih b’ċelebrazzjoni sempliċi, għalkemm b’ħafna regoli skond l-Awtoritajiet tas-Saħħa u tal-Kurja Djoċesana. Filgħaxija, imbagħad, iċċelebrajna l-Ewwel Tqarbina ta’ 17-il tifel u tifla. Kienet ukoll ċelebrazzjoni sempliċi u sabiħa. B’hekk għallinqas kemm il-Kummissjoni Katekeżi kif ukoll il-ġenituri ħarġu sodisfatti li din is-sena, minkejja l-COVID-19, dawn iż-żewġ sagramenti ingħataw bħas-snin l-imgħoddija. Il-tfal tal-Preċett kif ukoll l-adolexxenti tal-Griżma tal-Isqof jinsabu wkoll kuntenti li rċevew dawn is-sagramenti. Nittamaw li s-sena d-dieħla, mingħajr dubju b’regoli ġodda addattati għal ċirkustanzi differenti, inkunu nistgħu nkomplu bil-ħidma tagħna pastorali fost it-tfal u niċċelebraw dawn is-sagramenti tal-bidu fil-ħajja nisranija.
- Lura lejn Quddies fil-Parroċċa
Wara tlett xhur sħaħ, fuq orjentazzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-saħħa, l-isqfijiet tagħna waslu għall-konklużjoni prudenti li billi l-imxija qed tiġi kkontrollata b’diversi regoli dixxiplinarji, jistgħu bil-mod il-mod jerġgħu jinfetħu l-knejjes. Dan kien il-pjan kollettiv bejn l-awtoritajiet tal-Knisja u l-awtoritajiet tas-saħħa. U hekk ġara fit-13 u l-14 ta’ Ġunju, festa għażiża tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu (Corpus Christi). Kumbinazzjoni din il-ġurnata! Jew dan kien il-pjan ta’ Alla, li proprju f’din il-festa kbira ta’ qima lejn l-Ewkaristija, Alla jgħajjat lid-dixxipli ta’ Kristu biex, wara din is-sawma ta’ tlett xhur, jerġgħu jduru mal-mejda biex Kristu nnifsu jaqsam magħhom l-istess ġisem tiegħu. Dan kien il-pjan ta’ Alla – Alla li huwa mħabba. Kemm għandna x’nirringrazzjawh talli reġa għajtilna biex isaħħaħ il-fidi u t-tama tagħna fl-imħabba tiegħu. Ejjew nibqgħu nosservaw id-direttivi li qed tagħtina l-Knisja flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa biex issa li qed naqsmu l-Ewkaristija, naslu biex naqsmu wkoll il-ħajja tagħna flimkien bħala vera aħwa w ulied l-istess Missier.