Wara li issa lesta il-parti elettrika llum bdew jitpoġġew sitt units ta’ air-conditioning mid-ditta Cassar Air-Conditioning Systems Ltd (Santa Venera). Twaħħlu tnejn fuq il-presbiterju, wieħed kull naħa, tnejn fl-ewwel parti ta’ quddiem tal-knisja, wieħed kull naħa, u tnejn oħra wieħed fejn il-bieb tal-kappella tas-Sagrament u l-ieħor ħdejn il-bieb tal-ġenb tal-knisja. Għalhekk issa għandna sa nofs il-knisja moqdija bl-airconditioning. Aktar ‘il quddiem naħsbu biex jitpoġġew tnejn oħra viċin il-bieb il-kbir ta’ barra. Nittamaw illi nilħqu għan ieħor, dak li peress li l-knisja qatt ma tkun mimlija kollha, in-nies ifittxu li jersqu aktar ‘il quddiem fil-knisja, aktar viċin l-artal.