Posts

  • Wasal iż-żmien li naġixxu!
    by parroccafatima on 23/04/2021 at 7:43 PM

    https://laikosblog.org/2021/04/23/wasal-iz-zmien-li-nagixxu/?fbclid=IwAR3tLV8Vi8a1q1zfguaMvlVvCW6bkMjTtKv9ZgQAeX258HXZOUrFApNrCLI Il-Papa ‘f’Jum id-Dinja’: “Wasal iż-żmien li naġixxu!”  

  • Post Title
    by parroccafatima on 31/03/2021 at 8:59 PM

    Din is-sena 2021, erġajna se nkunu mċaħda miċ-ċelebrazzjonijiet sbieħ tat-Tridu tal-Għid. Anzi għandna xi ħaġa iżjed mis-sena l-oħra għax filwaqt li s-sena li għaddiet il-knejjes kienu magħluqa bħal dan iż-żmien, din is-sena għallinqas se nkunu nistgħu ngħaddu ftit ħin quddiem Ġesu Ewkaristija fl-artal tar-repożizzjoni (is-sepulkru). Iva ngħaddu ftit tal-ħin fis-skiet nitkellmu ma’ Ġesu.

  • Mumenti ta’ talb privat
    by parroccafatima on 24/03/2021 at 10:38 AM

    Nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Marzu 2021, il-knisja tagħna reġgħet fetħet għall-mumenti ta’ talb privat għal min ikun jixtieq. Dan sar wara li fl-10 ta’ Marzu tħabbar mill-Arċisqof, fuq orjentazzjoni u dirittivi tad-Dipartiment tas-Saħħa, biex il-knejjes jerġgħu jingħalqu għal ċelebrazzjonijiet u quddies minħabba li n-numru ta’ infettati bil-Covid-19 reġa’ sploda ‘l fuq. Din hija ċ-ċirkulari ta’ Mons. Arċisqof: “Il‑Knisja qed twaqqaf il‑funzjonijiet reliġjużi kollha b’effett immedjat, għajr għall‑quddiesa tal‑funeral u ċ‑ċelebrazzjoni tar‑rit taż‑żwieġ. Dawn il‑miżuri, li qed jitħabbru bi qbil mal‑Awtoritajiet tas‑Saħħa, se jibqgħu fis‑seħħ sal‑11 ta’ April 2021.Il‑knejjes prinċipali se jibqgħu miftuħa għat‑talb privat. Biex wieħed jidħol fil‑knisja għandu jibqa’ jimxi mal‑miżuri kollha preżenti għall‑ħarsien tas‑saħħa.F’dan iż‑żmien diffiċli, l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex iħeġġu lil kulħadd biex inkomplu nosservaw id‑direttivi filwaqt li jappellaw għat‑talb għas‑saħħa tal‑poplu tagħna.L‑Insara huma mistiedna biex ta’ kuljum jingħaqdu fit‑talb permezz taċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa mxandra fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.”

  • Il-Ħidma Pastorali Tkompli
    by parroccafatima on 04/09/2020 at 8:58 AM

    Wara ħafna qtigħ il-qalb, irnexxilna nibdlu d-dati u niċċelebraw l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof fl-istess ġurnata.  Nhar il-Ħadd, 23 ta’ Awwissu, ilqajna fostna lil Mons Joseph Galea Curmi biex jiċċelebra l-Griżma tal-Isqof ta’ 24 adolexxent fil-quddiesa tad-9.30am.  Kien mument sabih b’ċelebrazzjoni sempliċi, għalkemm b’ħafna regoli skond l-Awtoritajiet tas-Saħħa u tal-Kurja Djoċesana.  Filgħaxija, imbagħad, iċċelebrajna l-EwwelContinue reading “Il-Ħidma Pastorali Tkompli”

  • Lura lejn Quddies fil-Parroċċa
    by parroccafatima on 14/06/2020 at 3:02 PM

    Wara tlett xhur sħaħ, fuq orjentazzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-saħħa, l-isqfijiet tagħna waslu għall-konklużjoni prudenti li billi l-imxija qed tiġi kkontrollata b’diversi regoli dixxiplinarji, jistgħu bil-mod il-mod jerġgħu jinfetħu l-knejjes. Dan kien il-pjan kollettiv bejn l-awtoritajiet tal-Knisja u l-awtoritajiet tas-saħħa. U hekk ġara fit-13 u l-14 ta’ Ġunju, festa għażiża tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu (Corpus Christi).Continue reading “Lura lejn Quddies fil-Parroċċa”

  • Covid-19 u l-Parroċċa
    by parroccafatima on 10/06/2020 at 7:57 AM

    Waqt li l-knisja kienet magħluqa u l-laqgħat tal-katekiżmu waqfu minħabba l-Covid-19, Steve Marshall f’isem is-Sezzjoni Briju tal-Kummissjoni Festa nċentiva lit-tfal biex jpinġu posters fejn juru x-xewqa tal-għaqda fost il-bnedmin kontra l-imxija li ħakmet lid-dinja. It-tema kienet qawsalla ta’ tama. Ħafna tfal ħadu sehem u l-posters tagħhom tpoġġew ħdejn l-istatwa tal-Madonna li hemm fuq iz-zuntier kifContinue reading “Covid-19 u l-Parroċċa”

  • L-Ewwel Dehra tal-Madonna ta’ Fatima
    by parroccafatima on 09/06/2020 at 8:25 PM

    Fit-12 ta’ Mejju għalaqna xharejn minmindu kellna nagħlqu l-bibieb tal-knisja parrokkjali u noqgħodu fil-kunvent.  Madanakollu, fit-13 ta’ Mejju ma stajniex ma nagħmlu xejn biex infakkru l-Ewwel Dehra tal-Madonna.  Tlett snin ilu ċċelebrajna din il-ġurnata bil-kbir għaliex fakkarna l-mitt sena mill-Ewwel Dehra (1917-2017).  Iżda din is-sena tħassar kollox.  Il-pellegrinaġġ ma sarx u dan għal żewġ raġunijiet. Continue reading “L-Ewwel Dehra tal-Madonna ta’ Fatima”

  • Il-Ġimgħa Mqaddsa
    by parroccafatima on 08/06/2020 at 7:12 AM

    Din is-sena l-Ġimgħa Mqaddsa kienet differenti bħalma kienet fid-dinja kollha.  Minħabba l-CONVID-19 kulħadd kellu joqgħod id-dar u għalhekk iċ-ċerimonji tant sbieħ tal-Ġimgħa Mqaddsa saru mingħajr il-preżenza tal-poplu.  Aħna bħala komunita reliġjuża ċċelebrajna kollox bejnietna fil-kappella tal-Kunvent (il-Korin).  Bdejna b’Ħadd il-Palm, 05 ta’ April, li fih berikna l-palm fil-kurutur tal-Kunvent, imbagħad dħalna fil-kappella fejn iċċelebrajna l-quddiesaContinue reading “Il-Ġimgħa Mqaddsa”

  • Festa tad-Duluri
    by parroccafatima on 08/06/2020 at 6:47 AM

    04 ta’ April, festa tad-Duluri: Din is-sena din il-festa tant devota u popolari fostna l-Maltin, li kull sena timla l-knejjes għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddies u timla wkoll t-triqat ta’ diversi parroċċi fil-mument tal-purċissjoni, ġiet iċċelebrata b’mod differenti.  Billi l-knejjes kienu magħluqa minħabba l-COVID 19, il-kappillan flimkien mal-komunita dumnikana qaddsu ġewwa.  Imma ma qaddsux għalihom bħalma għamlu uContinue reading “Festa tad-Duluri”

  • Id-dinja magħquda mal-Papa fit-talb
    by parroccafatima on 07/06/2020 at 8:03 AM

    27 ta’ Marzu: Illum fis-6.00pm aħna bħala komunita dumnikana ltqajna fil-kamra tat-TV u, bħalma għamlu l-Maltin u nies mid-dinja kollha, assistejna xandira diretta minn Pjazza S. Pietru, Ruma, il-laqgħa tal-Papa Franġisku mad-dinja kollha.  Iżda ħa nikkopja hawn test maqlub għall-malti minn Evarist Bartolo li jispjega eżatt x’ġara f’dan il-ħin: Rajt raġel! Kien raġel waħdu… liebesContinue reading “Id-dinja magħquda mal-Papa fit-talb”