Mumenti ta’ talb privat Posted byparroccafatima24/03/2021Posted inUncategorized Nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Marzu 2021, il-knisja tagħna reġgħet fetħet għall-mumenti ta’ talb privat għal min ikun jixtieq. Dan sar wara li fl-10 ta’ Marzu tħabbar mill-Arċisqof, fuq orjentazzjoni u dirittivi tad-Dipartiment tas-Saħħa, biex il-knejjes jerġgħu jingħalqu għal ċelebrazzjonijiet u quddies minħabba li n-numru ta’ infettati bil-Covid-19 reġa’ sploda ‘l fuq. Din hija ċ-ċirkulari ta’ Mons. Arċisqof: “Il‑Knisja qed twaqqaf il‑funzjonijiet reliġjużi kollha b’effett immedjat, għajr għall‑quddiesa tal‑funeral u ċ‑ċelebrazzjoni tar‑rit taż‑żwieġ. Dawn il‑miżuri, li qed jitħabbru bi qbil mal‑Awtoritajiet tas‑Saħħa, se jibqgħu fis‑seħħ sal‑11 ta’ April 2021.Il‑knejjes prinċipali se jibqgħu miftuħa għat‑talb privat. Biex wieħed jidħol fil‑knisja għandu jibqa’ jimxi mal‑miżuri kollha preżenti għall‑ħarsien tas‑saħħa.F’dan iż‑żmien diffiċli, l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex iħeġġu lil kulħadd biex inkomplu nosservaw id‑direttivi filwaqt li jappellaw għat‑talb għas‑saħħa tal‑poplu tagħna.L‑Insara huma mistiedna biex ta’ kuljum jingħaqdu fit‑talb permezz taċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa mxandra fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.”