27 ta’ Mejju sat-03 ta’ Ġunju 2018
L-Ewwel Tqarbina – il-Ħadd, 27 ta’ Mejju: fid-9.00am it-tfal flimkien mal-katekisti u l-ġenituri joħorġu mill-kunvent f’purċissjoni lejn is-Santwarju u fid-9.30am niċċelebraw il-quddiesa.
It-Tnejn, 28 ta’ Mejju: Jum it-Tfal
Fis-6.30pm Quddiesa ċċelebrata minn P. Ivan Attard OP, viċi-Kappillan. Issir ukoll l-inkurunazzjoni tal-Madonna u wara party fuq iz-zuntier.
It-Tlieta, 29 ta’ Mejju: Jum l-Anzjani
9.00am Quddiesa għall-anzjani mill-kappillan P. Vince Micallef OP. Jiġi wkoll amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-morda.
- It-Tlieta, 29 ta’ Mejju, filgħaxija Quddiesa għall-ex-Abbatini:
6.00pm Rużarju
6.30pm Quddiesa mill-kappillan P. Vince Micallef OP bil-kant mill-folk group tal-Parroċċa.
- L-Erbgħa, 30 ta’ Mejju: l-Ewwel Jum tat-Tridu – Marija, mudell ta’ kulħadd
00pm Rużarju meditat mil-Leġjun ta’ Marija u l-Ħniena Divina
6.30pm Quddiesa bl-omilija minn P. Aaron Zahra OP . Wara kurunella, innu, antifona u barka sagramentali. - Il-Ħamis, 31 ta’ Mejju: It-tieni Jum tat-Tridu – Marija u t-talba tar-rużarju
00pm Rużarju meditat mill-Ministri tat-Tqarbin u Lajċi Dumnikani
6.30pm Quddiesa bl-omilija minn Fr Vince Micallef OP, Kappillan u Pirjol tal-Kunvent tad-Dumnikani, G’Manġa. Wara kurunella, innu, antifona u barka sagramentali. - Il-Ġimgħa, 01 ta’ Ġunju: it-Tielet Jum tat-Tridu – Marija, omm il-Familji
00pm Rużarju meditat mill-Kummissjoni Familja
6.30pm Quddiesa bl-omilija Fr. Joe Zammit. Mistednin speċjali l-koppji li żżewġu tul is-sena li għaddiet u dawk li għalqu 10, 25, 40, 50 (meta twaqqfet il-Parroċċa) u 60 sena żwieġ. Wara kurunella, innu, antifona u barka sagramentali. Fl-aħħar isir t-tberik u l-preżentazzjoni tat-tfal lill-Madonna. - Is-Sibt, 02 ta’ Ġunju: lejliet il-Festa
5.30pm Rużarju meditat mil-Lajċi Dumnikani.
6.00pm Transulazzjoni bir-relikwa tal-Qaddisin ta’ Fatima mill-Kunvent sas-Santwarju. Innu, antifona u quddiesa bl-omilija minn P. Reno Muscat OP u barka sagramentali.
- Il-Ħadd, 03 ta’ Ġunju: Jum il-Festa
9.00am Quddiesa solenni minn P. Frans Micallef OP, provinċjal tad-Dumnikani u paniġierku minn Dun Anthony Fitzpatrick. - 6.00pm quddiesa mill-E.T. Mons. Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP.
7.00pm Mons. Cremona imexxi l-Purċissjoni bil-vara tal-Madonna ta’ Fatima li tgħaddi mit-Toroq S. Monika, Blackley, Telgħet G’Manġa, Xatt, Duluri – quddiem il-knisja tad-Duluri jsir mument ta’ talb marjan. Tkompli Triq id-Duluri, Schinas, K. Mifsud, S. Ġużepp, Hookham Frere u S. Monika.
10.15pm Nilqgħu x-xbieha tal-Madonna ta’ Fatima lura lejn is-Santwarju-Parrokkjali bil-kant tal-antifona w il-barka sagramentali.
Matul il-ġranet tal-festa Il-kant ikun immexxi mill-Kor Parrokkjali San Tumas ta’ Akwinu taħt id-direzzjoni tal-Mro Noel Ciantar.