Pellegrinaġġ tal-Aħħar Dehra tal-Madonna ta’ Fatima

Biex niċċelebraw l-aħħar Dehra tal-Madonna ta’ Fatima, ġiet organiżżata velja fit-12 ta’ Ottubru 2018, li fiha ġie reċitat rużarju meditat, sar talb speċjali għall-familji permezz tal-konsagrazzjoni lill-Madonna u mbagħad barka sagramentali.  Kien mument b’devozzjoni u qima lejn il-Madonna, omm il-familji.

L-għada, 13 ta’ Ottubru, ġiet iċċelebrata l-Aħħar Dehra tal-Madonna ta’ Fatima.  Għalkemm għaddejna n-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu u parti wara nofsinhar b’qalbna ttertaq minħabba l-maltemp, fis-6.00pm b’fidi qawwija ħallejna l-Madonna tmexxina u għalhekk bdejna l-pellegrinaġġ kif kien pprogrammat.  Imxejna Triq l-Orsolini ngħidu r-rużarju u nkantaw l-Ave ta’ Fatima.  Wasalna fis-Santwarju fejn l-E.T. Mons Isqof awżiljarju Joseph Galea Curmi, wara li akkompanja l-pellegrinaġġ, iċċelebra l-quddiesa ma’ diversi saċerdoti u l-komunita miġbura.  Mal-wasla fis-Santwarju, it-tfal kienu pronti biex jagħtu l-messaġġ tal-Aħħar Dehra b’rappreżentazzjoni sempli u sabiħa.  Wara l-quddiesa, l-Isqof fetaħ u bierek wirja b’vari, pitturi u xbiehat oħra tal-Madonna fis-Sala tal-Parroċċa.

Il-Kappillan, Patri Vince Micallef OP, jirringrazzja lil dawk kollha preżenti.  Ħajr imur ukoll lill-Grupp The Church in Need li għoġbu jakkompanja dawn iċ-ċelebrazzjonijiet flimkien magħna.

 

44 sena ta’ Ħajja Saċerdotali

Kienu 50 djaknu reliġjużi u djoċesani li ġew ordnati saċerdoti mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi fil-Kon-Katedral ta’ San Ġwann, nhar l-20 ta’ Lulju 1974.  Kienet ukoll okkażjoni speċjali għall-Arċisqof li kien qed jiċċelebra 50 sena bħala isqof.

Ta’ kull sena dan il-grupp, jien wieħed minnhom, niċċelebraw l-anniversarju saċerdotali tagħna f’xi knisja parrokkjali.  Din is-sena, ingħaqadna mal-festa ġubilari ta’ 50 sena tas-Santwarju tagħna bħala parroċċa, u ċċelebrajna l-anniversarju tagħna taħt il-ħarsien tal-Madonna ta’ Fatima.  Fostna bħala grupp diġa hemm min qiegħed igawdu l-premju tiegħu fis-sema mal-Ħallieq tagħna.  Dawk illi setgħu ingħaqadna  biex niċċelebraw flimkien il-quddiesa.

Jien nirringrazzja lis-saċerdoti li ċċelebraw miegħi dan il-mument.  Nirringrazzja wkoll lil dawk il-parruċċani li qasmu magħna dan il-mument ta’ radd il-ħajr u ferħ bil-preżenza tagħhom.  Itolbu għalina ħalli nkomplu naqdu din il-missjoni li Alla fdalna f’idejna biex fi Kristu, ma’ Kristu u bi Kristu nwettqu dak li jrid Hu.

 

FESTA TAL-MADONNA TA’ FATIMA

27 ta’ Mejju sat-03 ta’ Ġunju 2018

IMG_6315

 

L-Ewwel Tqarbina – il-Ħadd, 27 ta’ Mejju: fid-9.00am it-tfal flimkien mal-katekisti u l-ġenituri joħorġu mill-kunvent f’purċissjoni lejn is-Santwarju u fid-9.30am niċċelebraw il-quddiesa.

 

 

IMG-20180530-WA0010IMG-20180530-WA0007

It-Tnejn, 28 ta’ Mejju: Jum it-Tfal
Fis-6.30pm Quddiesa ċċelebrata minn P. Ivan Attard OP, viċi-Kappillan. Issir ukoll l-inkurunazzjoni tal-Madonna u wara party fuq iz-zuntier.

 

 

It-Tlieta, 29 ta’ Mejju: Jum l-Anzjani
9.00am Quddiesa għall-anzjani mill-kappillan P. Vince Micallef OP.  Jiġi wkoll amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-morda.

  • 4It-Tlieta, 29 ta’ Mejju, filgħaxija Quddiesa għall-ex-Abbatini:
    6.00pm     Rużarju
    6.30pm     Quddiesa mill-kappillan P. Vince Micallef OP bil-kant mill-folk group tal-Parroċċa.

 

  • L-Erbgħa, 30 ta’ Mejju: l-Ewwel Jum tat-Tridu – Marija, mudell ta’ kulħadd
    00pm     Rużarju meditat mil-Leġjun ta’ Marija u l-Ħniena Divina
    6.30pm     Quddiesa bl-omilija minn P. Aaron Zahra OP . Wara kurunella, innu, antifona u barka sagramentali.
  • Il-Ħamis, 31 ta’ Mejju: It-tieni Jum tat-Tridu – Marija u t-talba tar-rużarju
    00pm Rużarju meditat mill-Ministri tat-Tqarbin u Lajċi Dumnikani
    6.30pm     Quddiesa bl-omilija minn Fr Vince Micallef OP, Kappillan u Pirjol tal-Kunvent tad-Dumnikani, G’Manġa.   Wara kurunella, innu, antifona u barka sagramentali.
  • Il-Ġimgħa, 01 ta’ Ġunju: it-Tielet Jum tat-Tridu – Marija, omm il-Familji
    00pm Rużarju meditat mill-Kummissjoni Familja
    6.30pm     Quddiesa bl-omilija Fr. Joe Zammit.  Mistednin speċjali l-koppji li żżewġu tul is-sena li għaddiet u dawk li għalqu 10, 25, 40, 50 (meta twaqqfet il-Parroċċa) u 60 sena żwieġ.  Wara kurunella, innu, antifona u barka sagramentali.  Fl-aħħar isir t-tberik u l-preżentazzjoni tat-tfal lill-Madonna.
  • Is-Sibt, 02 ta’ Ġunju: lejliet il-Festa
    transulazzjoni
    5.30pm Rużarju meditat mil-Lajċi Dumnikani.
    6.00pm     Transulazzjoni bir-relikwa tal-Qaddisin ta’ Fatima mill-Kunvent sas-Santwarju.  Innu, antifona u quddiesa bl-omilija minn P. Reno Muscat OP u barka sagramentali.

 

  • Il-Ħadd, 03 ta’ Ġunju: Jum il-Festa
    jum il-festa1
    9.00am Quddiesa solenni minn P. Frans Micallef OP, provinċjal tad-Dumnikani u paniġierku minn Dun Anthony Fitzpatrick.jum il-festa92
  • jum il-festa996.00pm     quddiesa mill-E.T. Mons. Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP.
    7.00pm     Mons. Cremona imexxi l-Purċissjoni bil-vara tal-Madonna ta’ Fatima li tgħaddi mit-Toroq S. Monika, Blackley, Telgħet G’Manġa, Xatt, Duluri – quddiem il-knisja tad-Duluri jsir mument  ta’ talb marjan.  Tkompli Triq id-Duluri, Schinas, K. Mifsud, S. Ġużepp, Hookham Frere u S. Monika.
    10.15pm    Nilqgħu x-xbieha tal-Madonna ta’ Fatima lura lejn is-Santwarju-Parrokkjali bil-kant tal-antifona w il-barka sagramentali.

Matul il-ġranet tal-festa Il-kant ikun immexxi mill-Kor Parrokkjali San Tumas ta’ Akwinu taħt id-direzzjoni tal-Mro Noel Ciantar. 

Inħeġġu lill-parruċċani li jżejnu l-gallarija minn fejn tgħaddi l-purċissjoni b’qima lejn Ommna Marija. Il-Festa t-tajba lil kulħadd.

Pellegrinaġġ ta’ l-Ewwel Dehra 13 ta’ Mejju

 

  Billi din is-sena l-Parroċċa tagħna qegħda tiċċelebra l-50 sena mit-twaqqif tagħha (1968), il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP), wara proposta li saret mill-Kummissjoni Festa, iddeċieda li l-pellegrinaġġ ta’ l-Ewwel Dehra din is-sena jsir filgħodu. U hekk ġara.  Lejliet id-dehra, grupp ta’ adolexxenti u tfal għamlu preżentazzjoni waqt il-quddiesa ta’ filgħaxija, imbagħad l-għada, il-Ħadd, 13 ta’ Mejju, ħareġ il-pellegrinaġġ mill-knisja parrokkjali, fid-8.45am bil-vara titulari tal-festa.

           Kienet okkażjoni verament sabiħa meta għadd ta’ parruċċani mxew wara l-vara tal-Madonna jgħidu r-rużarju b’intenzjoni, kif orjenta l-kappillan qabel il-pellegrinaġġ, għall-paċi: paċi fid-dinja quddiem il-gwerer u l-vjolenza li għddejja minnhom, paċi fi gżiritna quddiem tant dubji fuq valuri dwar il-ħajja umana, paċi fil-familji tagħna quddiem tant problemi li ħafna familji qegħdin jiffaċċjaw.

            Il-pellegrinaġġ, li mexa b’devozzjoni lejn Ommna Marija,  dar it-Toroq Santa Monika, Hookham Frere, Triq l-Isptar, Triq Qrejten, Triq Ġuże Ellul, Triq l-Orsolini, Triq Bordin u Triq Santa Monika lura lejn is-Santwarju, fejn bi knisja mimlija ċċelebrajna l-quddiesa.  Qaddes P. Aaron, saċerdot li ġie ordnat is-sena l-oħra, akkumpanjat mill-kappillan.  Billi din il-ġurnata kienet ukoll Jum l-Omm, sar ukoll omaġġ lill-ommijiet preżenti.  Fil-fatt wara l-offertorju l-Kappillan P. Vince sejjaħ lill-ommijiet jduru mal-artal fejn baqgħu hemm sal-mument meta ingħatat il-paċi.  F’dak il-mument waqt li l-kappillan ta l-paċi lil kull omm, ta wkoll tifkira żgħira.

32689421_10217245378705762_4515547633682481152_n

Wara dan il-pellegrinaġġ, issa l-Parroċċa tkompli tipprepara għall-ġimgħa tal-festa tal-Patruna tagħna, bejn is-27 ta’ Mejju sat-03 ta’ Ġunju, jum il-festa.

l-ewwel dehra 2018

50 Sena Parroċċa

50 Sena Parroċċa

Fl-01 ta’ Frar ta’ din is-sena l-ġdida 2018, il-Parroċċa ċċelebrat il-ħamsin sena mit-twaqqif tagħha.  Kien l-01 ta’ Frar 1968 meta l-E.T. Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi ddikjara t-twaqqif ta’ din il-Parroċċa li fdaha f’idejn il-komunita Dumnikana ta’ Gwardamanġa/Pieta.  Il-Kunsill tal-Provinċja għażel l-ewwel kappillan tal-Parroċċa lill-mibki Patri Vinċenz Portelli, li ħa l-pussess fit-12 ta’ Mejju 1968, meta saret l-inawgurazzjoni solenni tal-Parroċċa.

Fiċ-ċelebrazzjoni ta’ dawn il-ħamsin sena, l-E.T. Mons Arċisqof Charles Scicluna għoġbu jiġi jifraħ u jiċċelebra mal-komunita dumnikana u l-parruċċani dawn il-mumenti sbieħ tal-istorja tagħna.  Fostna kien hawn il-kappillani li mexxew din il-Parroċċa – l-Isqof Patri Ġorġ Frendo (1981 – 1989), l-Isqof Patri Pawl Cremona (1989 – 1994), Patri Pawl Gatt (1994 – 1997), Patri Joseph Bonnici (1998 – 2001), Patri Michael Camilleri (2001 – 2013) u Patri Vince Micallef (2013…) Niftakru wkoll fiż-żewġ kappillani li diġa jinsabu mal-Mulej fis-sema, Patri Vinċens Portelli (1968 – 1981), P. Ġwann Frendo (1997 – 1998).

gublew 50 parrocca2

100 Sena mid-Dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima

100 Sena mid-Dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima

Patri Vince Micallef OP
kappillan

Inħejju ruħna għall-Ġimgħa Mqaddsa

Inħejju ruħna għall-Ġimgħa Mqaddsa

Wara r-Randan, li fih ħarisna lejna nfusna u ppruvajna nikkoreġu l-iżbalji tagħna u nbiddlu ħajjitna, issa wasalna biex mhux biss inġeddu l-memorji tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Kristu, imma ngħixu l-ħajja, it-tbatija u l-ferħ ma’ Kristu fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Hawn għandkom il-programm sħiħ tal-Parroċċa biex tkunu tistgħu tipparteċipaw bis-sħiħ.  Il-granet tal-Ġimgħa Mqaddsa huma magħqudin.  Għalhekk tajjeb illi nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet kollha, mhux biss f’xi ġurnata minnhom, għax inkella nitilfu s-sens u t-tifsira ta’ dak li se niċċelebraw.

Hadd il-palm

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-Hadd 25 ta’ Marzu -Ħadd il-Palm
9.45 a.m. — Bidu fi Pjazza Mons. Isidor quddiem il-Knisja tal-Orsolini u nimxu lejn Triq S. Monika sal-Knisja Parrokkjali.
10.00 a.m. — Tberik tal-palm u ż-żebbuġ fuq iz-Zuntier, imbagħad Quddiesa Konċelebrata mill-Kappillan P. Vince Micallef O.P. u l-Komunita’ Dumnikana.

 

                                             

L-Erbgħa 28 ta’ Marzu ezercizzi Vince-Jum ta’ Penitenza u Qrar
5.45 p.m. — Ċelebrazzjoni Penitenzjali bil-Qrar għal kulħadd

 

6.30 p.m. — Quddiesa

hamis ix xirka

 

Il-Hamis 29 ta’ Marzu -Hamis ix-Xirka
7.30 a.m. — Talb mal-Patrijiet
6.30 p.m. — Rużarju tad-Dawl
7.00 p.m. — Quddiesa Konċelebrata mill-Kappillan
8.30 p.m. — Visti tal-knejjes mal-Kappillan
Knisja tad-Duluri — 6.00 p.m.
Knisja tal-Orsoilni — 6.00 p.m.

 

Il-Gimgħa 30 ta’ Marzu – Il-Ġimgħa 1-Kbiragimgha kbira
7.30 a.m. — Talb mal-Patrijiet
2.30 p.m. — Via Sagra Solenni
3.00 p.m. — Ċelebrazzjoni Liturġika li tfakkar il-Mewt ta’ Kristu
Knisja tad-Duluri — 3.00 p.m.
Knisja tal-Orsolini — 3.00 p.m.

 

 

 

Is-Sibt 31 ta’ Marzu – Sibt il-Għid