50 Sena Parroċċa
Fl-01 ta’ Frar ta’ din is-sena l-ġdida 2018, il-Parroċċa ċċelebrat il-ħamsin sena mit-twaqqif tagħha. Kien l-01 ta’ Frar 1968 meta l-E.T. Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi ddikjara t-twaqqif ta’ din il-Parroċċa li fdaha f’idejn il-komunita Dumnikana ta’ Gwardamanġa/Pieta. Il-Kunsill tal-Provinċja għażel l-ewwel kappillan tal-Parroċċa lill-mibki Patri Vinċenz Portelli, li ħa l-pussess fit-12 ta’ Mejju 1968, meta saret l-inawgurazzjoni solenni tal-Parroċċa.
Fiċ-ċelebrazzjoni ta’ dawn il-ħamsin sena, l-E.T. Mons Arċisqof Charles Scicluna għoġbu jiġi jifraħ u jiċċelebra mal-komunita dumnikana u l-parruċċani dawn il-mumenti sbieħ tal-istorja tagħna. Fostna kien hawn il-kappillani li mexxew din il-Parroċċa – l-Isqof Patri Ġorġ Frendo (1981 – 1989), l-Isqof Patri Pawl Cremona (1989 – 1994), Patri Pawl Gatt (1994 – 1997), Patri Joseph Bonnici (1998 – 2001), Patri Michael Camilleri (2001 – 2013) u Patri Vince Micallef (2013…) Niftakru wkoll fiż-żewġ kappillani li diġa jinsabu mal-Mulej fis-sema, Patri Vinċens Portelli (1968 – 1981), P. Ġwann Frendo (1997 – 1998).