Lajċi Dumnikani

Bil-preżenza tagħhom,  il-Lajċi Dumnikani qegħdin ikomplu jxerrdu l-idejal ta’ Missierna San Duminku fis-soċjeta tal-lum. Il-missjoni tagħhom hija li bħala lajċi, irġiel u nisa, huma jħossuhom impenjati li jxandru l-kelma ta’ Alla fil-familji tagħhom, fil-postijiet tax-xogħol, fl-isptarijiet u homes tal-anzjani, fil-periferiji…  Ix-xandir tal-Kelma ta’ Alla m’għandux barrieri.  Kull fejn isib spazju u opportunita, id-dumnikan, kemm reliġjuż kif ukoll lajk, għandu d-dmir li jxandar il-Kelma ta’ Alla.

Il-lajċi dumnikani jagħmlu parti mill-Familja Dumnikana li hija komposta minn reliġjużi rġiel (saċerdoti u fratelli), sorijiet tal-klawsura, sorijiet attivi u lajċi (irġiel u nisa).

 

NEWS

Waqt mawra qasira, bejn it-12 u s-16 ta’ Ġunju 2018, il-Majjistru tal-Ordni Dumnikan, P. Bruno Cadore, iltaqa’ mal-Kunsill Provinċjali tal-Lajċi fit-13 ta’ Ġunju fil-Kunvent tal-Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa, u mas-Sorijiet Dumnikani fl-14, fil-Kunvent Santa Katarina, Attard.