Kummissjoni Katekeżi

ATTENZJONI

Għeżież ġenituri,
Quddiem iċ-ċirkustanzi minħabba l-Covid-19, li bir-raġun kollu qed joħolqu ħafna dubji u biża’ fostkom il-ġenituri, u minħabba li t-tfal għadhom qed jaddattaw ruħhom għal regoli ġodda tal-iskejjel, barra li xi wħud minnkom li rrispondew li se jibagħtu t-tfal għall-katekeżi u issa ddeċidew li għalissa aħjar ma jibgħatuhomx, jien flimkien mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kummissjoni Katekeżi, qed naraw illi mhux prudenti li nibdew il-katekiżmu nhar it-Tnejn li ġej, 19 ta’ Ottubru. Għalhekk, qegħdin nippostponu l-klassijiet tal-katekiżmu sakemm nagħtukom data oħra aktar ‘il quddiem. Dan l-avviż se jingħata wkoll fl-avviżi waqt il-quddies tas-Sibt u l-Ħadd.
Filwaqt li nibqgħu f’kuntatt u ngħinu wieħed lill-ieħor biex l-edukazzjoni nisranija tkompli tissaħħaħ fil-familja, nitolbu b’fidi soda l-ħniena ta’ Alla biex neħilsu minn din il-pandemija. Nitolbu wkoll lill-Madonna ta’ Fatima, patruna tal-Parroċċa u omm tagħna, ħalli tgħinna nikkumbattu kontra dan il-periklu għal saħħitna.
Kunu mberkin u l-paċi magħkom ilkoll.
_____________________
P. Vince Micallef OP
kappillan