Kummissjoni Festa

Il-kummissjoni festa – isimha magħha – taħdem biex fi G’Mangia/ Pietà, tà kull sena tiġi organizzata il-Festa Titulari tas-Santwarju Parrokkjali ta’ Fatima.

Il-Festa b’qima lil Sidtna Marija tar-Rużarju tà Fatima hija unika f’Malta u għaldaqstant il-kummissjoni Festa flimkien mal-Patrijiet Dumnikani jaħdmu biex din il-Festa tà kull sena tkun suċċess. Is-suċċess li għalih naħdmu huwa biex l-ewwel u qabel kollox tkompli tkun popolari u għalhekk tixtered aktar id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Fatima.  Għalhekk matul is-sena kollha naħdmu bla heda biex nieħdu ħsieb l-armar mill-isbaħ li għandna, norganiżżaw fund raising b’risq il-festa, u nimmiraw għal opri ġodda li jkomplu jsebbħu u jkabbru l-festa unika tagħna.

Jekk int imħajjar biex tagħmel parti mill-għaqda tagħna, nitolbuk tikkuntattjana billi żżurna fuq:  www.fatimafeast.webs.com  tuża l-kuntatti meħtieġa, jew tikkuntattja lill-Kappillan li hu l-President tal-għaqda tagħna, jew tavviċina lil xi membru tal-kummissjoni tagħna.

http://www.fatimafeast.webs.com/  hija l-web site tal-Kummissjoni Festa.