Abbatini

DSC_3884Il-grupp ta’ tfal, subien u bniet, li jgħin lis-saċerdot fuq l-artal jissejjaħ “abbatini”.  Dawn huma msejħa biex jitgħallmu jaqdu d-dmirijiet liturġiċi tagħhom bil-ferħ, bil-qdusija u bl-imħabba kif jixraq lil Ġesu.  Nemmnu li sa minn ċkunitna Ġesu’ għandu x’jgħidilna. Hekk qal darba: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, għax ta’ min hu bħalhom hija s-saltna tas–smewwiet” (Mt 19:14).

Fil-liturġija l-abbatini jagħtu s-sehem tagħhom fi ħdan il-poplu billi jkantaw, jaqraw xi qari tal-quddiesa, jagħmlu xi talb, u jgħinu fuq l-artal. 

Inħeġġu lill-ġenituri biex it-tfal li jkunu diġa rċevew l-Ewwel Tqarbina u jkunu jridu jingħaqdu ma’ dan il-grupp, javviċinaw lill-kappillan u jitkellmu miegħu.  Hekk it-tfal minn ċkunithom ikunu qegħdin jipparteċipaw u jagħtu s-servizz tagħhom fil-Parroċċa.