Gallery

L-Ewwel Dehra tal-Madonna ta’ Fatima

Fit-12 ta’ Mejju għalaqna xharejn minmindu kellna nagħlqu l-bibieb tal-knisja parrokkjali u noqgħodu fil-kunvent.  Madanakollu, fit-13 ta’ Mejju ma stajniex ma nagħmlu xejn biex infakkru l-Ewwel Dehra tal-Madonna.  Tlett snin ilu ċċelebrajna din il-ġurnata bil-kbir għaliex fakkarna l-mitt sena mill-Ewwel Dehra (1917-2017).  Iżda din is-sena tħassar kollox.  Il-pellegrinaġġ ma sarx u dan għal żewġ raġunijiet.  L-ewwelnett minħabba l-corona-virus, u t-tieni għaliex ix-xogħlijiet ta’ Triq Santa Monika li bdew fi Frar għadhom mhumiex lesti.  Jiġifieri anki kieku ma hawnx il-problema tal-COVID-19, xorta ma konniex inkunu nistgħu noħorġu fit-triq.  Imma minkejja dan kollu l-parruċċani ma baqgħux b’xejn.  Filgħodu, fil-11.00, ġiet mxandra quddiesa permess tal-facebook tal-Grupp Kristu Rebbieħ li Vince Marshall imexxi.  Qaddes il-kappillan u kkonċelebraw miegħu P. Ivan Attard u P. Danjel Bonello.  Mexxa l-kant Fra Ryan

This image has an empty alt attribute; its file name is 2020-06-03-at-21.01.05.jpeg

u daqq l-orgni Reuben Mifsud.  Qraw il-qari tal-quddies Sylvia Marshall u Saviour Friggieri.  Dan sar bil-knisja magħluqa għan-nies.  Wara l-quddiesa rreċitajna l-kurunella tal-Madonna u wara l-kappillan ta il-barka sagramentali minn fuq iz-zuntier lill-parruċċani kollha.  Filgħaxija, imbagħad, għamilna l-istess ħaġa imma din id-darba b’xandira diretta minn fuq it-TV XEJK fis-6.30pm. Iċċelebrajna l-quddiesa bħala komunita dumnikana, filwaqt li Fra Ryan għen il-quddiesa, u l-kant kien immexxi mill-Grupp tal-kitarri: Lara Friggieri, Saralina Savo u Graziella Vella.  Il-qari sar minn Saviour Friggieri u Graziella Vella.  Fi tmien il-quddiesa rreċitajta l-kurunella quddiem il-Madonna pelegrina, saret il-konsagrazzjoni lill-Madonna u barka sagramentali.  B’hekk il-festa tad-dehra saret xorta b’mod differenti.  Il-feedback li kellu l-kappillan minn parruċċani kien ta’ tifħir.  Nittamaw li għall-aħħar dehra f’Ottubru jerġa’ kollox għan-normal. 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s