Gallery

Pellegrinaġġ ta’ l-Ewwel Dehra 13 ta’ Mejju

 

  Billi din is-sena l-Parroċċa tagħna qegħda tiċċelebra l-50 sena mit-twaqqif tagħha (1968), il-Kunsill Pastorali Parrokkjali (KPP), wara proposta li saret mill-Kummissjoni Festa, iddeċieda li l-pellegrinaġġ ta’ l-Ewwel Dehra din is-sena jsir filgħodu. U hekk ġara.  Lejliet id-dehra, grupp ta’ adolexxenti u tfal għamlu preżentazzjoni waqt il-quddiesa ta’ filgħaxija, imbagħad l-għada, il-Ħadd, 13 ta’ Mejju, ħareġ il-pellegrinaġġ mill-knisja parrokkjali, fid-8.45am bil-vara titulari tal-festa.

           Kienet okkażjoni verament sabiħa meta għadd ta’ parruċċani mxew wara l-vara tal-Madonna jgħidu r-rużarju b’intenzjoni, kif orjenta l-kappillan qabel il-pellegrinaġġ, għall-paċi: paċi fid-dinja quddiem il-gwerer u l-vjolenza li għddejja minnhom, paċi fi gżiritna quddiem tant dubji fuq valuri dwar il-ħajja umana, paċi fil-familji tagħna quddiem tant problemi li ħafna familji qegħdin jiffaċċjaw.

            Il-pellegrinaġġ, li mexa b’devozzjoni lejn Ommna Marija,  dar it-Toroq Santa Monika, Hookham Frere, Triq l-Isptar, Triq Qrejten, Triq Ġuże Ellul, Triq l-Orsolini, Triq Bordin u Triq Santa Monika lura lejn is-Santwarju, fejn bi knisja mimlija ċċelebrajna l-quddiesa.  Qaddes P. Aaron, saċerdot li ġie ordnat is-sena l-oħra, akkumpanjat mill-kappillan.  Billi din il-ġurnata kienet ukoll Jum l-Omm, sar ukoll omaġġ lill-ommijiet preżenti.  Fil-fatt wara l-offertorju l-Kappillan P. Vince sejjaħ lill-ommijiet jduru mal-artal fejn baqgħu hemm sal-mument meta ingħatat il-paċi.  F’dak il-mument waqt li l-kappillan ta l-paċi lil kull omm, ta wkoll tifkira żgħira.

32689421_10217245378705762_4515547633682481152_n

Wara dan il-pellegrinaġġ, issa l-Parroċċa tkompli tipprepara għall-ġimgħa tal-festa tal-Patruna tagħna, bejn is-27 ta’ Mejju sat-03 ta’ Ġunju, jum il-festa.

l-ewwel dehra 2018

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s